Barranin
Imut il-kantawtur Franco Battiato

Miet il-kantawtur Franco Battiato ta’ 76 sena, magħruf għal kanzunetti li baqgħu popolari mal-mogħdija taż-żmien, fosthom Centro di gravità permanente.

Diski oħra ta’ Battiato li għamlu suċċess partikolari jinkludu La cura, Bandiera Bianca u Voglio vederti danzare.

Diffiċli wieħed jorbot lil Battiato ma’ ġeneru wieħed, għaliex dan ħadem fil-mużika pop, l-elettronika, l-etnika u l-opera lirika.

Idderieġa wkoll diversi films, fosthom Perdutoamor e Musikante.

Dwar il-mewt, Battiato kien jgħid li din ma teżistix, u li hija biss trasformazzjoni.