Lokali
Imut il-Kaptan Charles Massa – l-ewwel Malti li tajjar ajruplan tal-Air Malta

Miet il-Kaptan Charles Massa fl-età ta’ 66 sena.

Fi stqarrija, l-Air Malta wriet is-sogħba għall-mewt tal-ewwel Kaptan Malti li tajjar ajruplan tal-Air Malta. Kien fit-8 ta’ Ottubru tal-1985 meta l-ajruplan tal-Air Malta ħalla pajjiżna fi triqu lejn l-ajruport ta’ Gatwick fl-Londra. Dakinhar il-Kaptan Massa kellu biss 31 sena.

Meta fis-sebgħinijiet twaqfet il-linja nazzjonali ta l-ajru ta’ Malta, l-Air Malta, il-kumpanija kellha Kaptana barranin filwaqt li bdiet tħarreġ dawk Maltin. Dan għaliex dak iż-żmien l-Kaptana kienu kollha barranin u s-Sur Massa kien jitħarreġ magħhom.

Is-Sur Massa għamel 41 sena jaħdem mal-Air Malta fejn 31 sena minnhom għamilhom bħala Kaptan. B’kollox għamel 25,000 siegħa fl-ajru fejn għal 8,000 darba tella’ u niżżel ajruplan tal-Air Malta. Il-Kaptan Massa kien ukoll pijunier fit-twaqqif tad-Dipartiment tat-Taħriġ għallbdoti u l-ekwipaġġ tal-Air Malta.

L-aħħar titjira tiegħu kienet KM 612 għal Ruma u lura fil-5 ta’ Mejju 2016.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Darryl Luke Borg ta’ 34 sena ġie kkundannat għal disa’ xhur ħabs wara li nstab ħati li nġurja lil ommu, kiser ordni ta’ protezzjoni mposta mill-Qorti sabiex ma jersaqx qrib…

COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ħareġ każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 809 swab test. Dan huwa każ lokali li feġġ fil-komunità, bil-persuna infettata li ma kellhiex sintomi. Il-Ministeru għas-Saħħa…

Qorti

Annise Bejaoui ta’ 31 sena ntbagħat tliet snin u sitt xhur ħabs filwaqt li tilef garanzija personali ta’ €10,000 wara li nstab ħati ta’ tentattiv ta’ serq kif ukoll bi ħsara volontarja…

Turiżmu

Malta ġiet ippremjata b’ Connoisseur Circle Hospitality Award bħala l-aqwa destinazzjoni kulturali din is-sena. It-tim tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fil-Ġermanja rċieva l-unur tal-Cultural Getaway of the Year 2020, bħala l-aħjar destinazzjoni…

Aktar