Barranin
Imut il-kittieb Andrea Camilleri

Il-kittieb Sqalli, Andrea Camilleri, miet fl-età ta’ 93 kmieni dalgħodu.

Camilleri, li kien magħruf għall-kotba tiegħu tal-Kummissarju Montalbano, miet fl-isptar fejn kien rikoverat wara li kien sofra minn attakk tal-qalb f’Ġunju li għadda.

Camilleri ma kienx kittieb biss iżda kien ukoll drammaturgu, filosfu u direttur tat-televiżjoni.

Fl-aħħar snin ta’ ħajtu, Camilleri kien tilef id-dawl t’għajnejh iżda dan ma waqqfux milli jkompli jikteb kotba.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-awtoritajiet Amerikani u Iranjani qablu li jeħilsu priġunier kull wieħed, fi ftehim li wassal biex ir-riċerkatur Ċiniż-Amerikan Xiyue Wang, li ilu arrestat fl-Iran tliet snin, u l-espert fl-istem cells Iranjan,…

Barranin

’Il fuq minn 100 qabar fi Franza ġie vvandalizzat bi tpiġija ta’ swastika fuqu; is-simbolu tan-Nażi. L-att vandalu seħħ iktar kmieni din il-ġimgħa f’Westhoffen; villaġġ viċin Strasburgu, fl-istess jum li…

Barranin

Raġel ġie kkundannat 30 sena ħabs, wara li nstab ħati li lura fl-2002, stupra u qatel tfajla fi Franza. It-tfajla, li kellha 24 sena, kienet taħdem bħala maniġer f’bank. Hi…

Aktar