Barranin
Imut il-kittieb ta’ Killing Me Softly u tas-sigla ta’ Happy Days

Tħabbret il-mewt ta’ Norman Gimbel, kittieb tal-lirika li rebaħ Oscar u Grammy. Huwa miet fl-età ta’ 91 sena f’daru f’Kalifornja, fl-Istati Uniti, fid-19 ta’ Diċembru.

Huwa kien magħruf l-iktar għal-lirika tad-diska Killing me Softly, irrekordjata minn Roberta Flack, Fugees, u oħrajn. Għal dan ix-xogħol fl-1973 rebaħ Grammy Award, flimkien mal-kompożitur Charles Fox.

Xogħlijiet oħra magħrufa ta’ Gimbel jinkludu l-lirika tas-sigla tas-serje televiżiva Happy Days u l-lirika bl-Ingliż tal-melodija Brażiljana The Girl from Ipanema.

Fl-1984 Gimbel tniżżel fil-Hall of Fame tal-kittieba tal-lirika.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qed tiffaċċja sejħiet biex tirriżenja minn Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Konservattiv hekk kif ħafna Membri Parlamentari Konservattivi mhux jilqgħu l-pjan li ressqet biex ikun…

Saħħa

Pazjenti li kellhom puplesija kkawżata minn emoroġija fil-moħħ jistgħu jieħdu l-aspirina biex inaqqsu r-riskju li jerġgħu jsofru minn puplesija jew problemi f’qalbhom. L-aspirina traqqaq id-demm u t-tobba kienu kawti biex…

Barranin

Raġel fl-Italja li qabad titjira b’oħra tagħtu rasu meta nduna li niżel fl-ajruport il-ħażin. Il-każ seħħ it-Tnejn li għadda, meta minn Pisa l-passiġġier qabad titjira ta’ Ryanair lejn Bari, minflok…

Barranin

Filmati li qed iduru d-dinja, qabdu l-mument li meteora xegħlet b’dawl qawwi s-sema fl-Awstralja. Dan ġara lbieraħ filgħaxija meta bosta żoni fl-Awstralja t’isfel inħasdu hekk kif is-sema xegħlet għal ftit…

Aktar