Barranin
Imut il-kompożitur Ennio Morricone

Tħabbret il-mewt tal-kompożitur Taljan tal-films, Ennio Morricone. Morricone miet fl-eta’ ta’ 91 sena f’Ruma. Matul il-karriera ta’ suċċess, Ennio Morricone rebaħ żewġ Oscars, wieħed fl-2007 u ieħor fl-2016.

Magħruf bħala Maestro, il-kompożitur Taljan tal-films, Ennio Morricone miet fi sptar f’Ruma fl-eta’ ta’ 91 sena wara li ftit jiem ilu waqa’ u kiser ġenbejh. F’dawk li jissejħu films Spaghetti Westerns li permezz tagħhom l-attur Clint Eastwood sar famuż, il-kompożitur Taljan kien jikkomponi għadd ta’ siltiet mużikali.

Fost is-suċċessi tiegħu, Ennio Morricone ikkompona mużika għal once Upon a Time in America, The Untouchables, Cinema Paradiso, A Fistful of Dollars, The Good, the Bad and the Ugly. Fl-2007 Morricone rebaħ Oscar onorarju, waqt li fl-2016 rebaħ Oscar ieħor għall-film ta’ Quentin Tarantino, The Hateful Eight.

Jibqa’ magħruf ukoll għall-mużika li ikkompona għall-film The Mission fl-1986, bi kritiċi jgħidu li mhux biss ikkumplimenta l-film, imma saħansitra kien il-punt l-iktar ta’ suċċess tal-film.

F’Londra fl-2001 Morricone idderieġa żewġ kunċerti sinfoniċi iddedikati lix-xogħolijiet tiegħu fil-films.

Morricone ikkompona siltiet mużikali għal iżjed minn 500 film f’70 sena. Hu twieled f’Novembru tal-1928 b’missieru kien mużiċist tal-mużika Jazz. Kien magħruf għall-imħabba tiegħu lejn il-kapitali Taljana u saħansitra darba f’intervista ġie kkowtat jgħid li kien ġie offrut villa b’xejn f’Hollywood iżda wieġeb ‘Le grazzi. Nippreferi ngħix Ruma!’

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Wara tlett xhur mingħajr ebda każ ġdid ta’ COVID-19 fi New Zealand, reġgħu bdew ifeġġu l-każi ġodda, wara li fl-aħħar jiem instabu erbatax il-każ ġdid. L-espert ewlieni tas-saħħa fi New…

Barranin

Test meħud minn lott ta’ ġwienaħ tat-tiġieġ impurtat mill-Brażil lejn iċ-Ċina mmarka pożittiv għall-Covid-19. CNN qed jirrapporta li l-każ seħħ fil-belt Ċiniża ta’ Shenzhen, fejn instab li xi ikel impurtat…

Barranin

Dimostrant ieħor tilef ħajtu f’Belarus waqt li kien qed jinżamm mill-Pulizija. Din hija t-tieni fatalità min-nhar il-Ħadd li għadda, meta dimostranti bdew jipprotestaw fit-toroq. Dawn il-protesti dwar l-elezzjoni presidenzjali tal-pajjiż…

Barranin

Il-musical dwar il-Prinċipessa Diana se jidher fuq Netflix is-sena d-dieħla qabel ma jiddebutta fi Broadway. Dan wara li kellha tittieħed id-deċiżjoni fi sfond tar-restrizzjonijiet imposti minħabba l-imxija tal-Covid-19. Il-musical kellha…

Aktar