Barranin
Imut il-muntun fl-Awstralja li ħadd ma kien ra bħalu

Miet Chris, il-muntun fl-Awstralja li erba’ snin ilu għaġġeb lil kull min rah bl-ammont ta’ suf li kellu.

Il-muntun intlemaħ jgħix fis-selvaġġ ta’ Canberra fl-2015, u kien qed iġorr f’sitt snin suf.

Meta ġiżżewh, minn fuqu tneħħew 41.1 kilogrammi ta’ suf, f’dak li kien meqjus bħala rekord dinji.

Huwa miet ħabta u sabta, b’dawk li kienu jieħdu ħsiebu jgħidu li kien jidher b’saħħtu. Huwa maħsub li kellu madwar 10 snin, u għalhekk x’aktarx miet mewta naturali.