Barranin
Imut il-preżentatur Amerikan Larry King

Imut il-ġgant tax-xandir Amerikan Larry King. Huwa miet f’Los Angeles fl-Istati Uniti fl-età ta’ 87 sena.

Matul is-60 sena karriera tiegħu li nkludew 25 sena bi programm televiżiv tiegħu fuq is-CNN, King intervista ħafna mexxejja politiċi, nies famiżu u sportivi. Skont il-media Amerikana, dan ix-xahar Larry King iddaħħal l-isptar sabiex jingħata kura għall-Covid-19. Fl-aħħar snin, King sofra minn diversi problemi ta’ saħħa fosthom attakki tal-qalb.

Larry King beda jsir magħruf fis-sebgħinijiet meta kellu programm fuq ir-radju “The Larry King Show”. Wara kien jippreżenta l-programm fuq is-CNN “Larry King Live” bejn l-1985 u l-2010 u għal aktar minn 20 sena kien jikteb ukoll fil-ġurnal USA Today. Huwa ġie onorat diversi drabi għax-xogħol li wettaq.