Lokali
Imut il-Prim Imħallef Emeritu Giuseppe Mifsud Bonnici

Il-Professjoni legali tinsab f’luttu għat-telfa tal-Prim Imħallef Emeritu Giuseppe Mifsud Bonnici. Fost oħrajn il-Kamra tal-Avukati fakkret il-kontribut tiegħu tul is-snin fil-qasam legali u iddiskrivitu bħala bniedem li kien iħobb il-professjoni legali u l-professjoni kienet tħobb lilu.

Tħabbret il-mewt tal-Prim Imħallef Emeritu Giuseppe Mifsud Bonnici, magħruf bħala Gogo. Hu kellu 89 sena. Ġoġo Mifsud Bonnici kien bniedem magħruf għas-sens ta’ dover lejn il-ħajja pubblika u ispirat mill-għarfien vast tal-liġi.

Fl-1988 inħatar Imħallef u fl-1990 serva fil-kariga ta’ Prim Imħallef. Bejn l-1992 u l-1998 Giuseppe Mifsud Bonnici serva bħala mħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani fi Strasburgu. Hu kien innominat Chairman tal-Kummissjoni tal-Liġi fl-1999 u Chairman tal-Kummissjoni tal-Etika tax-Xandir mill-2001 sal-2009. Giuseppe Mifsud Bonnici kien magħruf ukoll fil-qasam tal-isports għax bejn l-1968 u l-1982 kien President tal-Assoċjazzjoni tal-Football Malti.

Mijiet ta’ studenti tal-liġi jibqgħu jiftakru l-memorja tiegħu bħala lettur tal-filosofija tad-dritt, li beda jgħallem fil-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta’ Malta fl-1966 għal kważi ħamsin sena sħaħ sakemm irtira fl-2015. Magħruf ukoll għas-sehem tiegħu fil-programm fuq Television Malta ‘F’idejn l-Imħallef’, segwit minn bosta.

Il-Prim Imħallef Emeritu Mifsud Bonnici twieled Bormla f’familja magħrufa bħala tal-Gross, laqam li ntiret mingħand missieru Carmelo, marbuta mal-belt tal-Kottonera u l-politika. Ġoġo Mifsud Bonnici kien l-ikbar minn żewġ aħwa subien. Huwa kien miżżewweġ lil Maria u kellhom tliet ibniet.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

6 kantanti Maltin minn La Voix Studios kisbu unuri kbar meta ġew fl-ewwel post f’diversi kompetizzjonijiet fil-Polonja. Ilbieraħ Beppe Camenzuli Kerr, Valentina Muscat Vassallo, Giuseppe Saliba, Rihanna Caruana, Elamay Mifsud…

Partit Laburista

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jitlob inkjesta bil-Maġistrat fuq l-allegazzjonijiet li saru dwaru, li qed jimplikaw li hemm firem foloz tiegħu sabiex ikun…

Kronaka

Mara ta’ 59 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija. Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta…

Lokali

2 persuni ġew arrestati wara li ntlemħu jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza fil-Gżira. Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1.55am, il-Pulizija ġiet infurmata li żewġ persuni kienu qed jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza…

Aktar