Lokali
Imut il-Prinċep Philip fl-għomor ta’ 99 sena

Tħabbret il-mewt tal-Prinċep Filippu, ir-raġel tar-Reġina Eliżabetta II fl-għomor ta’ 99 sena. Il-mewt tiegħu tħabbret uffiċjalment minn Buckingham Palace li qal li d-Duka miet f’Windsor Castle, fejn kien ilu joqgħod mis-16 ta’ Marzu li għadda wara li qatta’ xahar l-isptar.

Huwa kien ilu 74 sena miżżewweġ lir-Reġina Eliżabetta t-Tieni tal-Ingilterra, tieġ li sar ħames snin qabel Eliżabetta saret reġina. Id-Duka twieled fuq il-gżira Griega ta’ Corfu fl-10 ta’ Ġunju 1921.

Huwa kellu wkoll rabtiet ma’ Malta hekk kif għex l-ewwel xhur tal-ħajja miżżewġa mal-Prinċipessa Eliżabetta fi G’Mangia.

Ir-rabta tar-Reġina Elizabetta II u żewġha ma’ Malta tmur lura għall-1949 – meta l-Prinċep Philip kien stazzjonat Malta mar-Royal Navy.

Qabel ma ġiet inkurunata Reġina fl-1952 – Eliżabetta II għamlet żmien tgħix Malta bħala prinċipessa. Flimkien mal-Prinċep Philip u wliedhom il-Prinċep Charles u l-Prinċipessa Anne kienu jgħixu f’Villa Gwardamanġa qrib ħafna tal-Isptar San Luqa.

Mhux l-ewwel darba li r-Reġina ddeskriviet il-perjodu li għexet f’Malta bħala wieħed mill-isbaħ żminijiet ta’ ħajjitha. Fi kliemha hawnhekk hija setgħet tgħix ħajja normali – ‘il bogħod mill-pressjoni tal-ħajja pubblika.

Il-President, il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Arċisqof kienu fost ħafna li sellmu l-memorja tal-Prinċep Philip li xahrejn oħrajn kien se jagħlaq mitt sena.

Il-Prinċep Philip mal-ewwel Kabinett ta’ Ministri wara l-Indipendenza