Barranin
Imut it-tabib li kien wissa dwar il-periklu tal-Coronavirus xhur ilu

It-tabib Li Wenliang tilef ħajtu kawża tal-Coronavirus, wara li xhur ilu kien wissa bil-potenzjal ikraħ tal-istess virus.

Il-mewt tiegħu qajmet rabja kbira fost il-poplu Ċiniż, hekk kif xhur ilu, qabel faqqa’ uffiċjalment dan il-virus, hu kien beda jgħid lil tobba bħalu li qed jara virus mhux tas-soltu jolqot lill-pazjenti.

Hu kien ġie investigat mill-pulizija Ċiniża talli qed ixerred xniegħat foloz, u intalab biex jieqaf jagħmel dan. Dan il-każ fil-fatt kompla joħroġ biċ-ċar, dejjem skont il-poplu Ċiniż stess, in-nuqqas ta’ libertà tal-espressjoni li teżisti fl-istess pajjiż.

Il-mara tiegħu mistennija twelled tarbija f’Ġunju li ġej.

Aħbarijiet Oħra

Fl-Italja mas-70% tal-poplu vvota biex inaqqas id-daqs tal-Parlament tal-pajjiż b’aktar minn terz. Dan ifisser li l-għadd ta’ Membri Parlamentari jonqos minn 634 għal 400. Ma’ dan se jiċkien ukoll is-Senat.  B’kollox…

Minn tal-inqas terz mill-270 balena li telgħu max-xatt f’Tasmania mietu u hemm il-biża’ li se jmutu aktar. Bijoloġisti marittimi qed jaħdmu qatigħ u jagħmlu milli jistgħu sabiex isalvaw il-baleni. Sa…

Min-nhar il-Ħamis li ġej fl-Ingilterra, il-pubs, barijiet, ristoranti u stabbilimenti turistiċi se jkollhom jagħlqu fl-għaxra ta’ filgħaxija minħabba l-bżonn li tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid-19. Bil-liġi kull settur tal-ospitalità jrid iservi…

Fl-Indja fetaħ mill-ġdid għat-turisti t-Taj Mahal wara 6 xhur magħluq minħabba l-pandemija. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja li l-Indja hu l-agħar pajjiż milqut mill-imxija.Bħalissa fl-Indja hemm iktar minn 5 miljun persuna…

Aktar