Barranin
Imut Jacques Chirac – l-eks President ta’ Franza

Tħabbret il-mewt ta’ Jacques Chirac, li għal 12-il sena serva bħala President ta’ Franza.

Chirac miet fl-età ta’ 86 sena, wara li kien ilu snin ibati minn problemi ta’ saħħa.

Huwa kien sofra minn puplesija fl-2005, u maż-żmien waqaf jitkellem fil-pubbliku minħabba li kellu problemi bil-memorja.

Chirac jibqa’ magħruf l-iktar għall-oppożizzjoni tiegħu għall-invażjoni tal-Iraq mill-Istati Uniti fl-2003, u t-tnaqqis tat-terminu Presidenzjali minn seba’ snin għal ħamsa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Qalb id-Duomo ta’ Milan, l-isfilati tal-moda, u l-wirt kulturali ta’ preġju li jikkaratterizzaw lill-kapitali tar-reġjun tal-Lombardija, l-Italja, f’dawn l-aħħar jiem, l-artist pop Taljan AleXsandro Palombo nieda għadd ta’ posters li ddiżinja hu…

Barranin

Ajruplan b’numru ta’ passiġġieri li għadhom ma ġewx identifikati ġġarraf fl-Afghanistan. L-inċident seħħ f’Deh Yak distrtt f’Ghazni. Skont kelliem tal-gvern, l-ajruplan iġġarraf u belgħu n-nar minħabba ħsarat tekniċi. Aktar dettalji…

Barranin

Fl-Awstralja mara mietet waqt kompetizzjoni tal-ikel li fiha l-parteċipanti riedu jieklu kemm jifilħu pasti tradizzjonali biċ-ċikkulata tal-lamingtons. Il-mara ta’ 60 sena kienet qed tieħu sehem fil-kompetizzjoni li saret fi Queensland fejn kienet…

Barranin

Il-futur politiku ta’ Matteo Salvini xejn mhu jidher sabiħ hekk kif qed iħabbat wiċċu ma’ disfatta wara li l-partit tiegħu tal-Lega ma tantx kiseb voti fl-elezzjonijiet reġjonali partikolarment fir-Reġjun li…

Aktar