Barranin
Imut jiem wara li nstab li ma kienx hu li qatel lil ibnu

Missier li ġie akkużat bi żball bil-qtil ta’ ibnu miet tliet ijiem wara li nstab li ma kienx hu li qatel lil ibnu.

Huwa tilef ħajtu tliet ijiem wara li mara, kowċ tat-tim tal-futbol tal-bniet instabet ħatja li kienet hi li qatlitu.

Scott Pritchard, ta’ 19-il sena kien ġie attakkat quddiem daru f’Sunderland f’Jannar, 2004. Huwa kien miet fl-isptar.

Missieru, Robert Stacey kien ġie akkużat bil-qtil u nżamm arrestat għal ġimgħat sħaħ.

Karen Tunmore ta’ 36 sena tat ruħha b’idejha lill-Pulizija f’Lulju li għadda, 14-il sena wara li seħħ il-każ u ntbagħtet il-ħabs għal għomorha fl-1 t’Ottubru.

Hija ammettiet li qatlet lil Scott wara li marret Sunderland biex tiġbor xi flus mingħandu li kellu jagħti lil xi ħabib jew ħabiba tagħha.

Missier Scott kien għamel 16-il ġimgħa taħt arrest iżda l-każ kien twaqqa’ fl-2005. Huwa miet tliet ijiem wara li ħarġet is-sentenza fil-konfront ta’ Tunmore.