X

Imut l-ambjentalist Joe Sultana

Tħabbret il-mewt tal-ambjentalist Joe Sultana fl-età ta’ 78 sena.

Imwieled ix-Xagħra, Sultana kien attivist favur l-ambjent kemm mal-Birdlife bħala Chairman, kien ukoll għal xi żmien jippresiedi s-Soċjetà Maltija tal-Ornitoloġija, u kien jokkupa diversi karigi oħrajn f’entitajiet pubbliċi u NGOs Maltin u barranin.

Huwa kien ippubblika diversi kotba u rapporti dwar l-għasafar u l-konservazzjoni tagħhom f’rivisti ambjentali Maltin u barranin.  Ipproduċa wkoll sensiela televiżiva dwar il-konservazzjoni ambjentali u l-għasafar.

Rebaħ ukoll xi unuri prestiġġjużi fl-Olanda u r-Renju Unit għall-ħidma tiegħu dwar il-konservazzjoni tal-għasafar.

Sultana kien miżżewweġ lil Lucy.

Segwi dan il-filmat meħud minn dokumentarju li deher ftit tas-snin ilu fuq TVM.

 

Norma Saliba :