Lokali
Imut l-Assistent Editur tat-Times of Malta Ivan Fenech

Tħabbret il-mewt tal-assistent editur tat-Times of Malta Ivan Fenech fl-età ta’ 55 sena.

Għal diversi snin huwa kien involut fis-satira u ħa sehem fil-programm Aħn’aħna jew M’aħniex bil-karattru taċ-Ċukaj.

Ivan ħassu ma jiflaħx fil-kamra tal-aħbarijiet tat-Times of Malta lbieraħ filgħaxija.

Fit-tmeninijiet huwa daħal ġurnalist mat-Times of Malta fejn dam sal-1997. Lejn l-aħħar tas-snin 90, daħal jaħdem fl-Awtorità tal-Ippjanar qabel ma emigra għal xi snin lejn il-Ġermanja.

Fl-2013, reġa’ ġie lura Malta u ngħaqad mill-ġdid mat-Times of Malta bħala Assistent Editur.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Inawgurata fis-sena 1989, CAP-Sounds hija aġenzija tal-produzzjoni u l-ippubbiklar tal-mużika fil-qalba tal-Ġermanja li dejjem tat sapport u sostenn lill-artisti Maltin; sa mill-1996 meta Miriam Christine rrapreżentat ‘l Malta fil-Eurovision Song…

Mużika

Il-Malta Music Awards wara ħames snin wieqaf se jerġa’ jkun il-pjattaforma li tagħti viżibilità akbar lill-artisti Maltin li matul is-sena l-oħra ħadmu biex joħorġu diska jew album oriġinali. Iċ-Chairman tal-Malta…

Qorti

Sudaniż li ammetta li seraq pouch bil-flus minn karozza fil-Ħamrun, ingħata sentenza ta’ 7 xhur ħabs, u ornat mill-Qorti biex meta jiskonta s-sentenza jintbagħat lejn pajjiżu. Muhamed Islam Elden tressaq…

Aktar