Lokali
Imut l-attur Żep Camilleri

Dalgħodu miet Żep Camilleri, fl-età ta’ 64 sena magħruf ħafna għas-sehem tiegħu fix-xena tad-drama Maltija, fejn kien attur rinomat, direttur tal-palk, u anki għalliem tad-drama.

Żep Camilleri ħadem xogħol tad-drama kemm fuq it-televiżjoni, radju u fuq il-palk.  Kien ukoll għalliem tad-drama, maħbub minn ħafna studenti.  Diversi atturi li ħadmu qrib Żep Camilleri esprimew id-dieqa tagħhom għal din l-aħbar.