Lokali
Imut l-eks Deputat Parlamentari Laburista Karmenu Buttigieg

Dalgħodu tħabbret il-mewt tal-eks Membru Parlamentari tal-Partit Laburista Karmenu Buttigieg, magħruf bħala l-Fratell.

Fi stqarrija l-Partit Laburista sellem il-memorja tal-eks Deputat Parlamentari Karmenu Buttigieg li miet fl-isptar Mater Dei.

Karmenu Buttigieg serva fil-Parlament għal żewġ leġiżlaturi, proprju bejn l-1976 u l-1987.

Il-Partit Laburista qal li l-Għawdxin u dawk midħla fil-Partit Laburista għandhom tifkiriet pożittivi tal-ħidma li wettaq Karmenu Buttigieg b’risq is-soċjetà u l-kawża tal-ħaddiem.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Żewġ Maltin li qegħdin fuq btala f’Hong Kong spiċċaw maqbuda fl-irvellijiet li għaddejjin bla heda f’dan il-pajjiż. Lawrence Attard tkellem ma’ TVM, eżatt wara li rnexxielu jaħrab minn protesta vjolenti…

Lokali

Il-vjolenza domestika ħafna drabi nassoċjawha man-nisa, iżda fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, fost il-vittmi ta’ vjolenza domestika li talbu l-għajnuna tal-Appoġġ, kien hemm ukoll 44 raġel. Waqt il-programm Insights…

Kultura

F’Sala San Pawl fid-Dar tal-Providenza għaddejjin fl-aqwa tagħhom it-tħejjijiet għall-produzzjoni teatrali li ser tittella’ fi żmien il-Milied fl-Istitut Kattoliku bis-sehem ta’ wħud mir-residenti, il-ħaddiema u atturi stabbiliti. Din hija parti…

Aktar