Barranin
Imut l-eks Segretarju tal-Istat Amerikan Colin Powell wara kumplikazzjonijiet bil-COVID-19

L-eks Segretarju tal-Istat Amerikan, Colin Powell miet fl-età ta’ 84 sena wara kumplikazzjonijiet f’saħħtu kawża tal-Covid-19.

Il-mewta tiegħu tħabbret mill-familja tiegħu li qalet li huwa kien ivvaċċinat kontra l-virus.

Powell serva f’diversi karigi fil-militar Amerikan u ħadem ukoll fl-amministrazzjoni ta’ George W. Bush. Huwa ħadem ma’ diversi Presidenti tal-Istati Uniti bħala konsulent għas-sigurtà nazzjonali.