
Lokali
Imut l-ex Kap Eżekuttiv tal-BOV Mario Mallia
Tħabbret il-mewt tal-ex Kap Eżekkuttiv tal-BOV Mario Mallia.
Mallia ħareġ bil-penzjoni f’Diċembru li għadda u miet meta nqalgħu xi kumplikazzjonijiet waqt operazzjoni li daħal jagħmilha llum.
Hu kien serva bħala Kap Eżekkuttiv mill-1 Jannar 2016 sal-31 Diċembru 2019. Ħadem mal-BOV mill-1979 u kien ilu fil-bord ta’ tmexxija mill-2005.
Mario Mallia miet fl-eta ta’ 59 sena.