Lokali
Imut l-ex kummissarju elettorali Joe Church

Tħabbret il-mewt tal-eks Kummissarju Elettorali Ewlieni Joseph Church fl-eta’ ta’ 65 sena wara li kellu problemi ta’ saħħa.

Is-sur Church irtira mill-kariga f’Lulju li għadda wara li serva fl-irwol ta’ kummissarju elettorali għal dawn l-aħħar sitt snin.

Għal xi żmien serva wkoll bħala Segretarju Privat tal-President Emeritu George Abela, kif ukoll kien ukoll Direttur Ġenerali tas-Saħħa.