Barranin
Imut l-ex mexxej taż-Żimbabwe Robert Mugabe

L-ex mexxej taż-Żimbabwe Robert Mugabe, miet fl-età ta’ 95 sena.

Huwa miet wara li kien ilu marid. Mugabe kien tkeċċa mill-poter wara kolp ta’ stat f’Novembru tal-2017, wara li kien ilu jmexxi lill-pajjiż għal tletin sena.

Huwa kien anki mar il-ħabs għal iktar minn għaxar snin meta kien ikkritika lill-Gvern ta’ Rhodesia fl-1964.

Fl-1973, meta kien għadu l-ħabs, huwa ntagħżel biex ikun il-President tal-Union Afrikana taż-Żimababwe mwaqqfa minnu stess.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kandidat Demokratiku għall-elezzjonijiet presidenzjali Bernie Sanders wissa lir-Russja biex ma tindaħalx fl-elezzjonjiet hekk kif uffiċjali tas-sigurtà Amerikani kienu rrappurtati li qalu li Moska qed tipprova tassistih fil-kampanja. Sanders li għandu…

Barranin

Fl-Italja, tmut it-tieni persuna fi spazju ta’ ftit sigħat riżultat tal-coronavirus, hekk kif il-każijiet li rriżultaw pożittiv għal virus telgħu għal 53. L-aħbar tal-mewt ta’ mara li skond l-aġenzija tal-aħbarijiet…

Barranin

Raġel u mara miżżewġin kienu qed jieklu għall-affari tagħhom f’ristorant f’Louisville Kentucky fl-Istati Uniti, meta fir-ristorant li kien battal ħlief għalihom, daħal ħalliel b’wiċċu mgħammad u armat. Dan mar fuq…

Barranin

Żewġ persuni mietu meta l-ferrovija li kienu fuqha ħarġet barra l-linji qrib il-belt ta’ Wallan. Il-ferrovija li tinstaq b’veloċità kienet qed tivvjaġġa bejn Sydney u Melbourne. Għadd ta’ passiġieri oħrajn…

Aktar