
Tħabbret il-mewt tal-ex Ministru tas-Saħħa Vincent Moran, li jibqa’ mfakkar għall-kontribut politiku tiegħu fil-qasam tas-saħħa. It-tabib Moran serva f’żewġ leġiżlaturi bħala Ministru tas-Saħħa u tal-Ambjent bejn l-1976 u l-1981. Huwa miet fl-età ta’ 86 sena f’Karen Grech.
It-tabib Vincent Moran kien tabib tal-familja popolari iżda jibqa’ magħruf l-iżjed għas-sehem tiegħu fis-servizz tas-saħħa bħala Ministru tas-Saħħa meta wettaq diversi riformi mill-ftuħ tal-ewwel ċentri tas-saħħa u l-ITU.
Beda l-karriera politika tiegħu fl-1948 meta ssieħeb fil-Partit Laburista. Huwa kkontesta b’suċċess seba’ elezzjonijiet ġenerali. Fl-1976 u l-1981, il-Prim Ministru Dom Mintoff fdalu d-dekasteru tas-Saħħa.
Fil-programm ta’ TVM Bijografiji, Dr Moran kien ġie intervistat u qal, “Kelli l-unur li nkun il-Ministru tas-Saħħa bil-prinċipji, bl-ideoloġija, bil-proramm elettorali li nagħtu l-kura, is-saħħa, is-servizz tas-saħħa b’xejn lil kulħadd … Kienu nbdew ukoll l-open heart surgery, kien inbeda l-operazzjojiet tar-ras, kienu nbdew it-trapjanti tal-organi, bdeja bit-trapjanti tal-kliewi, daħlet ukoll il-plastic surgery.”
Dawn huma xi ritratti antiki mill-ħajja politika ta’ Dr Moran:







L-Ambaxxatur Anthony Debono, li kien is-Segretarju Privat tal-Ministru Moran qal li l-kwalitajiet ta’ Dr Moran ħarġu fost oħrajn fl-istrajk tat-tobba. Huwa qal, “Bl-attitudni pożittiva tiegħu, l-enerġija u l-istamina li kellu u l-mod li bih konna niddisukutu kemm Malta kif ukoll internazzjonalment, allura stajna mmexxu billi nagħmlu numru ta’ ftehim ma’ pajjiżi barranin biex inkunu nistgħu nġibu t-tobba, fil-fatt għamilna ma’ xi tmien pajjiżi u kontinwament konna nbiddlu t-tobba, saħansitra ġibna professuri ta’ klassi mondjali bħalma huwa fil-plastic surgery li huwa Prof. Fara.”
Is-Sur Debono qal li l-Ministru Moran wettaq rivoluzzjoni fil-qasam tas-saħħa. “Sar l-Isptar Karin Grech, l-isptar li kien għat-tfal, li kien għall-materinta’, il-Half Way House tal-Mental Hospital, għamilna s-CCU – allura l-operazzjonijiet li konna nibagħtu barra kienu qed isiru hawnhekk għax kellna l-apparat. U għamilna wkoll storja għal Malta mal-United Nations għax il-proposta tagħna biex nagħmlu istitut tal-anzjani f’Malta ġiet approvata fin-1982,” kompla jgħid l-ex Segretarju Privat ta’ Dr Moran.
Is-Sur Debono qal dawn il-proġetti jibqgħu monument ħaj ta’ Dr Moran.
W’Oz hija l-produzzjoni teatrali annwali tal-Junior College mżewqa b’kant, reċtar u żfin, għal tmiem din il-ġimgħa fit-teatru tal-kulleġġ fl-Imsida. Is-soirée W’Oz! huwa bbażat fuq il-ktieb li jirrakkonta l-istorja ta’ Dorothy…
Sid ta’ dar flimkien mal-annimali domestiċi tiegħu nħarġu mid-dar wara li żviluppa nar fil-garaxx tar-residenza fi Triq il-Ħida San Ġwann. Jirriżulta li n-nar beda għall-ħabta tal-9.45pm tal-bieraħ filgħaxija u oriġina…
Żvediż ta’ 22 sena residenti Tas-Sliema ġarrab ġrieħi serji wara li waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.30am fi Triq Depiro Tas-Sliema stess. Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija irriżulta li…
Tħabbret il-mewt tal-Prim Imħallef Emeritu Giuseppe Mifsud Bonnici, magħruf bħala Ġoġo. Hu miet fl-età ta’ 89 sena. Il-Prim Imħallef Emeritu Mifsud Bonnici kien twieled Bormla. Fl-1988 nħatar imħallef u fl-1990…