Lokali
Imut l-Isqof Silvestru Magro li ħadem fi żminijiet diffiċli fil-Libja

Miet l-Isqof Silvestru Magro, li serva bħala Vigarju Appostoliku ta’ Bengażi fil-Libja bejn l-1997 u l-2015, sakemm irtira. Magħruf għall-umiltà, id-dedikazzjoni u d-determinazzjoni tiegħu meta baqa’ mal-poplu Libjan fir-rivoluzzjoni tal-2011 u f’mumenti oħra diffiċli wara, l-Isqof Magro miet kmieni dalghodu fl-eta ta’ 76 sena fl-isptar Mater Dei.

Umli imma determinat li jwettaq il-missjoni fdata lilu. Hekk tista’ tiddeskrivi lill-Isqof Silvestru Magro li miet kmieni s-Sibt filgħodu fl-età ta’ 76 sena. Ir-rivoluzzjoni fil-Libja li faqqgħet fil-bidu tal-2011 kienet bħall-passaġġ li għaddietu min-nar. Iżda baqa’ sal-aħħar determinat li jwettaq il-missjoni tiegħu bhala Vigarju Appostoliku ta’ Bengażi u minkejja l-appelli biex ċittadini barranin jitilqu mil-Libja, l-isqof Magro ma abbandunax il-missjoni tiegħu.

L-isqof Magro mill-Ordni tal-Frangiskani Minuri huwa Rabti u ngħaqad mal-Franġiskani fl-1957. Sar saċerdot disa’ snin wara. Huwa studja fl-Università Pontifiċja Antonianum u fil-Lateran f’Ruma fejn ħa d-dottorat fit-teoloġija dommatika u fit-teoloġija pastorali. Huwa serva bħala kappillan f’Tas-Sliema u fl-1997 inħatar Isqof u Vigarju Appostoliku ta’ Benghażi sakemm irtira mill-ħidma pastorali tiegħu sentejn ilu u ġie lura Malta.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sellem lill-Isqof Magro fi tweet dalgħodu u qal li jibqa mfakkar għall-kuraġġ u l-umiltà tiegħu fid-determinazzjoni li wera biex fl-iktar żmenijiet ta’ periklu fil-Libja baqa’ jaqdi d-doveri tiegħu bżala Vigarju Appostoliku.

L-eks ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella jiftakar kemm kien inkwieta għall-Isqof Magro li minkejja li riedu joħorġuh minn Benghazi minħabba l-inkwiet fil-Libja, xorta ried jibqa’ hemm biex iservi lil ftit insara li kien fadal.

George Vella qal li “kien bniedem, iddedikat twajjeb, missjoni b’serjetà akkost li jsir martri hemm, kien hemm il-biża’, kopti jaqtgħulhom rashom, insellem il-memorja tiegħu, bqajt nirrispettah minħabba d-determinazzjoni, kont ninkwieta imma nammirah għax il-missjoni tiegħu ried jagħmilha sal-aħħar u għamel ħafna ġid hemmhekk”.

L-aħħar tislima lill-Isqof Magro tibda l-Ħadd filgħodu fejn se jittieħed mill-isptar Mater Dei ghar-Rabat b’korteo funebri sal-kunvent tal-Patrijiet Minuri. Fi stqarrija mill-Kurja ntqal li l-funeral tal-Isqof Silvestru Magro mbagħad isir nhar it-Tnejn filgħodu bil-quddiesa presente cadavere fil-Katidral tal-Imdina.

Ara wkoll:

Mingħalih li ġie Malta mil-Libja għal ftit jiem u kellu jirtira hawn

 

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Ilbieraħ, f’Sibt il-Għid, il-Bormliżi inawguraw l-Irxoxt wara li sarlu r-restawr. Ma’ TVM ir-restawratriċi Valentina Lupo kienet spjegat li l-istatwa kellha erba’ problemi, fosthom diversi qsim fl-injam. Fir-restawr saru wkoll interventi fuq…

Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed ibassar riħ qawwi. Ir-riħ mix-Xlokk Lvant ser ikun qawwi ħafna fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-għaxra tal-lejla u terġa’ tiġġedded kif meħtieġ.

Aktar