Barranin
AĠĠORNAT: Min kien Stephen Hawking?

Ix-xjentist Stephen Hawking, li qatta’ ħajtu jispjega l-aktar affarijiet ikkumplikati tax-xjenza minn fuq siġġu tar-roti, miet matul il-lejl li għadda fl-eta’ 76 sena.

Moħħ Hawking kien deskritt minn ħafna bħala “brillanti”. Iżda ġismu ċeda sa minn kmieni sforz il-kundizzjoni tal-ALS.

Tant kien moħħ kbir, li għal xi wħud jista’ jitqies bħala s-suċċessur ta’ Albert Einstein. Għal oħrajn lil Einstein għaddieh.

Wara kollox anki Stephen Hawking irriċerka u kontribwixxa teoriji fuq ir-relazzjoni bejn l-ispazju u ż-żmien. U filwaqt li kellu għerf kbir, kien kapaċi jinżel fil-livell biex jifhmu kulħadd – kif għamel bil-ktieb tiegħu A Brief History of Time ippubblikat 30 sena ilu.

Hawking iggradwa mill-Università ta’ Cambridge fir-Renju Unit. Fl-istess żmien meta sar jaf li kellu l-ALS. Kellu 21 sena u t-tobba tawh ftit snin ħajja. Għex sa 76 sena. Ħafna minnhom fuq siġġu tar-roti u jitkellem bl-għajnuna ta’ kompjuter u vuċi elettronika.

Forsi l-akbar xogħol tiegħu jibqa’ dak fuq il-black holes. Hawking stabbilixxa li l-black holes jarmu tipi ta’ radjazzjoni differenti u b’hekk għen ħafna biex ix-xjentisti jifhmu aħjar l-oriġini u l-karatteristiċi tagħhom.

Hawking ħadem ħafna fuq l-oriġini tal-univers. Stabbilixxa kważi b’ċertezza li l-univers li ngħixu fih inħoloq f’mument u f’punt partikolari mal-15-il biljun sena ilu. Fl-istess ħin bit-teoriji tiegħu jispekula dwar l-eżistenza ta’ universi differenti u tagħna huwa biss wieħed minnhom.

Stephen Hawking għamel ħafna snin jippriedka t-Teorija ta’ Kollox, tant li film dwar ħajtu maħruġ erba’ snin ilu jġib propju dak l-isem, The Theory of Everything. Iżda aktar ma għadda żmien, Hawking evolva l-ħsieb tiegħu u sar xettiku dwar kemm tista’ titfassal teorija li tispjega dak kollu ta’ madwarna.

Imrobbi f’familja nisranija, Hawking sar ateu u ddikjara li Alla ma jeżistix. Madanakollu xorta waħda kien isostni li l-univers qisu ddisinjat bi ħsieb. Probabbli li l-ideat tiegħu dwar Alla u r-reliġjon wasslu lill-ewwel mara tieghu, Jane Wilde, biex titbiegħed minnu. U filwaqt li ġibed l-antipatija ta’ esponenti ewlenin ta’ reliġjonijiet differenti, xorta waħda kien hemm min laqgħu, fosthom il-Papa Benedittu u l-Papa Franġisku.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-partitarji Messikani spiċċaw biex immarkaw fuq l-apparat li jkejjel it-terremoti. Tant qabżu bil-ferħ il-partitarji lbieraħ li l-apparat li jimmarka l-qawwa tat-terremoti, immarka bħallikieku seħħet theżżiża. Il-Messiku rebaħ 1-0 kontra…

Barranin

Il-plejer Eġizzjan Mohamed Salah iċċelebra għeluq sninu f’Ċeċnija hekk kif flimkien mat-tim tiegħu, jinsab ir-Russja għat-Tazza tad-Dinja 2018. Minkejja li l-ġurnata t’għeluq sninu ma bdietx bit-tajjeb wara li l-Eġittu tilef kontra…

Barranin

Il-Prinċep Kambodjan u eks Prim Ministru Norodom Ranariddh u martu Ouk Phalla kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku ikraħ huma u sejrin għal attività politika. Il-Prinċep u martu ttieħdu l-isptar b’urġenza wara li taxi…

Barranin

Il-politiku konservattiv Ivan Duque ġie elett President tal-Kolumbja. Bil-voti kważi kollha magħduda, Duke ġab 54% tal-voti filwaqt li r-rival tiegħu Gustavo Petro ġab 42%. Ir-riżultat qed iqajjem tħassib dwar il-ġejjieni…

Aktar