Kronaka
Imut raġel ta’ nisel Malti f’ħabta frontali fl-Awstralja

Matthew Micallef, raġel ta’ nisel Malti tilef ħajtu f’inċident stradali f’Kurnell, distrett f’Sydney.

Jidher li Micallef, li kellu 35 sena, kien qiegħed isuq meta l-vettura tiegħu, għal raġunijiet mhux magħrufa, spiċċat fuq in-naħa l-oħra tat-triq u sab trakk ma’ wiċċu.

Xhieda fuq il-post qalu li s-sewwieq tat-trakk ma kellux ċans jevita l-inċident minkejja li pprova, hekk kif juru s-sinjali tal-brake tul it-triq.

Is-sewwieq tat-trakk u l-persuni li raw l-inċident iseħħ quddiem għajnejhom jinsabu taħt xokk qawwi u ttieħdu f’Saint George Hospital.

Il-pulizija jinsabu fuq il-post u qed jinvestigaw l-inċident.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika qalet li qed tagħmel moniteraġġ kontinwu fuq is-sitwazzjoni fiċ-Ċina u li qed isegwi l-pariri tal-Organiżżazzjoni Dinija għas-Saħħa (WHO). Fi stqarrija, intqal li Malta qed tieħu l-prekawzjonijiet kollha wara…

Mużika

Inawgurata fis-sena 1989, CAP-Sounds hija aġenzija tal-produzzjoni u l-ippubbiklar tal-mużika fil-qalba tal-Ġermanja li dejjem tat sapport u sostenn lill-artisti Maltin; sa mill-1996 meta Miriam Christine rrapreżentat ‘l Malta fil-Eurovision Song…

Mużika

Il-Malta Music Awards wara ħames snin wieqaf se jerġa’ jkun il-pjattaforma li tagħti viżibilità akbar lill-artisti Maltin li matul is-sena l-oħra ħadmu biex joħorġu diska jew album oriġinali. Iċ-Chairman tal-Malta…

Aktar