Lokali
Imut is-Sindku taż-Żejtun Joe Attard

Tħabbret il-mewt ta’ Joe Attard, li ilu jservi bħala Sindku taż-Żejtun sa mill-1996, kważi mill-bidu tat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali. Minn dan iż-żmien huwa baqa’ jiġi elett u kien l-uniku Sindku ta’ dan ir-raħal.

Attwalment Attard kien qed iservi wkoll bħala President tal-Għaqda Banda Żejtun, u fil-passat serva bħala Chairman tal-istazzjon ONE.

Fost il-kondoljanzi għal Attard fuq il-midja soċjali, jispikka dak tal-Ministru Owen Bonnici, li qal li ż-Żejtun tilef wieħed mill-aqwa tfal li qatt kellu. Iddeskrivieh bħala Sindku eżemplari, promotur kulturali eċċezzjonali, u li wettaq u biddel kemm felaħ l-affarijiet għall-aħjar.

Kondoljanzi wkoll minn diversi membri oħra tal-kabinett, fosthom il-Ministru Carmelo Abela li kien ħadem miegħu fil-Kunsill, u s-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli li ħadmet miegħu fl-istazzjon tal-Partit Laburista.

Il-Partit Laburista fi stqarrija jiddeskrivih bħala bniedem li ħadem kemm felaħ għall-kommunità. Il-Partit Nazzjonalista u l-Alternattiva Demokratika ngħaqdu fil-kondoljanzi għat-telfa tas-sur Attard.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar