Barranin
Imut ta’ 100 sena l-eks Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda

Miet fl-età ta’ 100 sena l-eks Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, il-Peruvjan Javier Pérez de Cuéllar.

Pérez de Cuéllar, li serva wkoll bħala Prim Ministru tal-Perù, mexxa n-Nazzjonijiet Magħquda għal żewġ termini, li matulhom ħadem fuq negozjati ta’ paċi fl-Amerka Latina, l-Afrika, l-Asja u l-Lvant Nofsani.

Fil-fatt, fost l-iktar kisbiet importanti tiegħu hemm in-negozjati tal-1988 bejn l-Iran u l-Iraq li permezz tagħhom waqaf il-ġlied wara 8 snin ta’ kunflitti.

Is-Segretarju Ġenerali attwali, Antonio Guterres, qal li Pérez de Cuéllar kien statista u diplomatiku ta’ suċċess, kif ukoll ta’ ispirazzjoni personali, li ħalla effett profond fuq in-Nazzjonijiet Magħquda u d-dinja.