Lokali
Imut Terry Jones ta’ Monty Python – kien ħadem ukoll film f’Malta

Tħabbret il-mewt ta’ Terry Jones; storiku u artist, magħruf l-iktar għas-serje televiża Monty Python and the Flying Circus.

Terry Jones miet ta’  77 sena, wara li għall-aħħar erba’ snin kien marid b’tip ta’ dimensja rari.

Jones huwa magħruf l-iktar bħala fundatur u attur tal-grupp Monty Python, li fi tmiem is-snin sittin beda jagħti bixra ġdida lill-isketches komiċi fir-Renju Unit.

Fost l-iktar xogħlijiet magħrufa ta’ Jones hemm The Holy Grail tal-1975 u The Meaning of Life tal-1983.

Jones kien ukoll direttur tal-film Erik the Viking fl-1989, li bosta xeni minnu nħadmu f’Malta.