Saħħa
Imut tifel ta’ 4 snin aktarx bil-meninġite

Tifel ta’ 4 snin miet ilbieraħ wara li aktarx instab li kellu mikrobu li jikkaġuna l-meninġite.

Huwa miet f’Mater Dei wara li jidher li kellu xi sintomi li wasslu biex il-ġenituri tiegħu daħħluh l-isptar fil-jiem li għaddew.

TVM huwa infurmat li t-tifel iddaħħal l-isptar wara li kellu invasive pneumonia (tip ta’ mikrobu li jikkaġuna l-meninġite) li jinfirex fi ftit tal-jiem jew sigħat u jista’ jkun fatali.

Jirriżulta li l-awtoritajiet tas-saħħa mill-ewwel ħadu azzjoni meta saru jafu bil-każ, tant li għamlu kuntatt mal-iskola fejn kien imur it-tifel u tkellmu mal-ġenituri tat-tfal li kienu fl-istess klassi tat-tifel biex jekk jaraw xi sintomi jkellmu mill-ewwel lit-tabib tagħhom.

Madanakollu, l-awtoritajiet qalu lil TVM li huma rari ħafna li l-meninġite tiġi trażmessa minn persuna għall-oħra u m’hemmx lok għall-allarm.

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Ir-raġel ta’ 29 sena mill-Georgia li lbieraħ ġie arrestat wara s-sejba ta’ madwar kilo kannabis, tressaq il-Qorti u ġie mixli b’akkużi ta’ pussess, importazzjoni u traffikar ta’ droga kannabis Il-Pulizija…

Kronaka

Żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Melieħa weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq ċint. L-inċident seħħ għall-ħabt tas-2pm fi Pjazza Ġużè Debono, l-Imsida. Fuq il-post issejjaħ tim mediku, li taw l-ewwel għajnuna….

Lokali

Għoxrin ġurnata għall-Milied u fil-kuntest tas-sitwazzjoni preżenti, il-GRTU qalet li l-inċertezza u l-instabilita’ qed joqtlu n-negozji f’Malta. Stħarriġ li l-GRTU qalet li għamlet ma’ aktar minn ħamsin settur ekonomiku madwar…

Lokali

Il-President ta’ Malta George Vella qal li fid-dawl tat-talbiet li qegħdin isiru biex jieħu xi miżuri li skont xi wħud, tipprovdilu l-Kostituzzjoni, biex tissolva s-sitwazzjoni politika ta’ bħalissa, il-Kostituzzjoni ma…

Aktar