Lokali
Imut Twanny Scalpello – jibqa’ mfakkar għall-vuċi tiegħu

Miet Twanny Scalpello – il-vuċi li akkumpanjat ħafna ġenerazzjonijiet ta’ semmiegħa ta’ Radju Malta fil-qari tar-rumanzi.

Imwieled il-Belt imma trabba u għex Tas-Sliema, Twanny Scalpello miet ilbieraħ fl-isptar Mater Dei fl-età ta’ 94 sena. Għalkemm jibqa’ maghruf għall-vuċi distintiva tiegħu fuq ir-radju, Twanny Scalpello kien attur kemm għat-televiżjoni u anke fit-teatri.

L-ewwel teledramm li bih fetaħ TVM fil-bidu tas-snin sittin kien Erwieħ Marbuta mill-pinna ta’ Ġużè Diacono, bl-atturi ewlenin Carmen Azzopardi u Twanny Scalpello, li ma ħarisx lura u baqa’ għaddej b’karriera twila fuq il-palk u wara l-mikrofoni ta’ Radju Malta.

L-ewwel rumanz li qara għas-semmiegħa ta’ Radju Malta kien Fula Maqsuma ta’ Karmenu Micallef. Twanny Scalpello għamel karriera ta’ 40 sena jaqra r-rumanzi kemm ta’ kittieba Maltin u anke traduzzjonijiet ta’ rumanzi minn kittieba barranin.

Ritratt: Xena ma’ Eileen Montensin fid-drama Ejja Tabib Għax Għandi t-Taqlib.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Ilbieraħ, f’Sibt il-Għid, il-Bormliżi inawguraw l-Irxoxt wara li sarlu r-restawr. Ma’ TVM ir-restawratriċi Valentina Lupo kienet spjegat li l-istatwa kellha erba’ problemi, fosthom diversi qsim fl-injam. Fir-restawr saru wkoll interventi fuq…

Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed ibassar riħ qawwi. Ir-riħ mix-Xlokk Lvant ser ikun qawwi ħafna fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-għaxra tal-lejla u terġa’ tiġġedded kif meħtieġ.

Aktar