COVID-19
Imutu 3 anzjani waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 70 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fir-residenza St Vincent de Paul.

Fit-tieni każ anzjana ta’ 73 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-1 ta’ Novembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ anzjan ta’ 80 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.