Barranin
Imutu 3 pumpiera Taljani wara li sploda ċilindru tal-gass

Splużjoni qawwija f’binja fit-Tramuntana tal-Italja qatlet 3 pumpiera.

L-awtoritajiet qed jirrappurtaw li fuq il-post, qalb it-tifrik, instab ċilindru tal-gass b’timer miegħu li jaf jindika li kollox kien premeditat.

Il-pumpiera marru fuq il-post wara li rċevew diversi rapporti ta’ splużjoni f’razzett diżabitat f’ Quargnento.

Ftit wara li waslu fuq il-post, seħħet it-tieni splużjoni, aktar qawwija minn ta’ qabilha li darbet lil 2 pumpiera oħra u uffiċjal tal-pulizija.

Skont Sky TG24, it-timer kien qed jiġi kkontrollat b’remote filwaqt li sid ir-razzett qed jiġi investigat mill-pulizija.

Il-vittmi tat-traġedja huma Matteo Gastaldo ta’ 46 sena li ntradam fl-isplużjoni u nstab bla ħajja aktar tard, Marco Triches ta’ 38 sena u Antonio Candido ta’ 32 sena.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa wissiet biex l-imxija tal-Coronavirus ma terġax tgħolli rasha, għaliex il-virus għadu ma għebx. Dr David Nabarro, il-kelliem tal-WHO qal li għalkemm il-lockdowns bdew jintreħew, teħtieġ attenzjoni massima…

Barranin

Riċerkaturi Ingliżi għaddejjin b’ħidma intensiva fejn qed janalizzaw eluf ta’ pazjenti morda bil-Covid-19 biex jippruvaw isolvu l-misteru ta’ din il-marda; l-għaliex għal xi wħud hija fatali mentri oħrajn kulma jaqbadhom…

Barranin

Il-qtil ta’ raġel iswed minn pulizija abjad qanqal protesti vjolenti f’Minneapolis fl-Istati Uniti u wara tlitt ijiem ta’ protesti matul il-lejl li għadda ngħatat in-nar l-għassa tal-pulizija f’din il-belt. Il-protesti…

Barranin

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson ħabbar li minn nhar it-Tnejn, l-għadd ta’ persuni li jistgħu jiltaqgħu barra tela’ għal sitta, b’dawk li mhumiex mill-istess residenza iridu joqgħodu żewġ metri…

Aktar