
Koppja anzjana kienu x-xempju tal-imħabba bla qies u r-rabta li ma tinħall qatt ta’ bejniethom.
Dan hekk kif f’Alessandria, fl-Italja, Rita Porta ta’ 85 sena u Benito Bruno ta’ 86 sena, mietu fl-istess jum, fi spazju ta’ ftit siegħat. Il-koppja kienu ilhom miżżewġin 62 sena.
Il-mara mietet filgħodu d-dar wara li kienet ilha għal diversi ġimgħat tipprova tirkupra minn waqgħa li fiha kisret saqajha. Ir-raġel dejjem kien jgħidilha li jekk tmut hi qablu, hu jmut mill-ewwel.
U hekk ġara, fil-veru sens tal-kelma, għax ir-raġel miet għall-ħabta ta’ nofsillejla wara li ġie rikoverat fl-isptar minħabba problemi f’qalbu. Il-koppja mietu nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Novembru u sar funeral wieħed għalihom.
Binhom Gianluca, ta’ 48 sena, waqt il-funeral tal-ġenituri tiegħu qal li l-istorja ta’ mħabba li kellhom ommu u missieru kienet imsejsa fuq kif jissuperaw il-problemi tax-xogħol, id-dinjità umana, il-valuri, is-sagrifiċċji u d-diffikultajiet bi tbissima.
Iljun li kien fuq siġra ġie salvat wara li ntlemaħ minn sid il-ġnien f’Kalifornja. Ħaddiema tal-protezzjoni ssejħu fi proprjetà f’San Bernardino wara li ntlemaħ l-iljun fuq siġra f’għoli ta’ 15-il…
Ħabsi fi Florida uża l-ħiliet kriminali tiegħu għal kawża ġusta. Flimkien ma’ erba’ ħabsin oħra huwa fetaħ karozza li fiha kien hemm tarbija msakkra. Il-ħabsin fetħu l-karozza wara li missier…
Deputati fil-Parlament Ingliż appellaw li siti soċjali bħal Facebook biex jirrikorru għal azzjoni urġenti kontra l-aħbarijiet foloz li jinxterdu fuq il-pjattaformi tagħhom. Waqt laqgħat ta’ Kumitat Parlamentari Ingliż, id-Deputati qalu…
Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qal li l-partiti l-kbar tal-pajjiż u l-parlament ġew milquta minn hacking serju fuq in-networks tal-kompjuters tagħhom. Skont il-Prim Ministru Awstraljan l-attakk ta’ hacking sar b’mod…