Barranin
Imutu fuq btala f’Budapest wara li nqalbet id-dgħajsa bihom

Tal-inqas seba’ persuni mietu u dsatax oħra għadhom ma nstabux wara li d-dgħajsa li kienu fuqha nqalbet fix-xmara Danube fil-kapitali Ungeriża Budapest. Qed ikun rappurtat li fuq id-dgħajsa kien hemm 33 persuna, ħafna minnhom turisti mill-Korea t’Isfel. Id-dgħajsa, li kienet wieqfa, intlaqtgħet minn bastiment ieħor għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija.

Id-dgħajsa, li għerqet kienet identifikata bħala “Hableany”.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Korea t’Isfel ikkonferma li dsatax-il persuna għadhom irrappurtati nieqsa, u qal li l-gvern qed jippjana li jibgħat team ta’ uffiċjali għall-Ungerija, u se joffri għajnuna lill-qraba tal-vittmi.