Lokali
Imutu żewġ anzjani waqt li kienu pożittivi għall-Covid

Anzjana ta’ 96 sena u anzjan ta’ 79 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Dan ifisser li l-persuni li mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19 mindu faqqgħet il-pandemija f’Malta telgħu għal 435.

Intant, fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 86 każ ġdid ta’ Covid-19 u fiequ 56 persuna oħra. B’hekk, in-numru ta’ każijiet attivi bħalissa fi gżiritna huwa ta’ 643.

Ara wkoll:

86 każ ġdid ta’ Covid-19, 56 ifiqu, 32 l-isptar