Lokali
Imutu żewġ anzjani waqt li kienu pożittivi għall-Covid

Anzjan ta’ 83 sena u anzjana ta’ 84 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Dan ifisser li l-persuni li mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 mindu faqqgħet il-pandemija f’Malta telgħu għal 449.

Intant, fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 50 każ ġdid ta’ Covid-19 u fiequ 40 persuna oħra. B’hekk, in-numru ta’ każijiet attivi bħalissa fi gżiritna huwa ta’ 731.

Ara wkoll:

33 pazjent bil-Covid-19 fl-isptar, 4 fl-ITU