COVID-19
Imxejna rapporti ta’ mewt oħra ta’ COVID-19

L-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa jiċħad li f’pajjiżna kien hawn il-15-il vittma tal-COVID-19.

Rappreżentant tal-ECDC, is-sit li rrapporta dan in-numru bi żball, bagħat komunikat formali lill-Ministeru għas-Saħħa jiskuża ruħu f’isem l-istituzzjoni, fejn  spjega li dan kien purament żball tal-kitba (typo) min-naħa ta’ min iniżżel in-numri fuq is-sit. Huwa spjega li ta’ kuljum dan is-sit jaġġorna, manwalment, in-numri tal-COVID-19 t’iktar minn 200 pajjiż u li għalhekk dan kien żball ġenwin.

Il-Ministeru għas-Saħħa jieħu din l-opportunità sabiex jerġa’ jappella kontra t-tixrid ta’ informazzjoni żbaljata.

Aħbarijiet Oħra

Ġew irriġenerati 10 blokok ta’ appartamenti fl-oqsma tad-djar f’Ħaż-Żabbar b’investiment ta’ €700,000 li minnu gawdew 110 familji. Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li l-binjiet ġew miżbugħa b’kuluri differenti biex…

L-ammont ta’ persuni li mietu bil-Covid-19 fl-Istati Uniti, qabeż il-200,000. Skont is-sit li jżomm id-data dwar l-imxija tal-coronavirus fid-dinja, Johns Hopkins University, aktar minn 6.8 miljun ruħ huma magħrufa li…

Raġel ta’ 84 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-18 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-IDU fl-Isptar Mater Dei dakinhar stess…

Summit ta’ jumejn għall-mexxejja Ewropej li kellu jibda għada se jiġi pospost, wara li uffiċjal tas-siġurtà ħareġ pożittiv għall-Covid-19. Minħabba f’hekk, il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel kellu joqgħod fi kwarantina,…

Aktar