Lokali
“Imxejt fuq is-sellum bil-mara fuq spallti għax bdiet tibża'” – il-pumpier li salvaha

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili dalgħodu kellhom biċċa xogħol iebsa meta riedu jsalvaw il-mara li nqabdet fit-tiġrif tal-binja li waqgħet.

TVM ħa l-kumment tal-Assistant Rescue Officer, Charlo Portelli li salva lill-mara. Huwa qal li l-mara kellha biża’ kbira fuqha speċjalment meta rat is-sellum.

Charlo spjega li beda jikkalmaha u jassiguraha li se jsalvaha. Il-ħidma ta’ salvataġġ kienet fi ġlieda kontra l-ħin. Għaldaqstant meta raha li qed tibża’ mis-sellum huwa refagħha fuq spalltu u mexa kokka fuq is-sellum biex joħroġha miegħu.

Huwa qal li l-mara kienet f’kundizzjoni tajba iżda tbati ftit min-nifs. Għaldaqstant huwa ħa ħsieb li jniżżel miegħu l-affarijiet personali tagħha fosthom l-inhalers.

Wara li l-mara ġiet salvata l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili dehru emozzjonati jgħannqu lil Charlo li rnexxielu jsalvaha. Huwa qal li ħass sodisfazzjoni kbir, “anke li ssalva annimal sodisfazzjon, aħseb u ara persuna”qal Charlo.

Fuq il-post kien hemm ukoll id-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Emanuel Psaila.

Ara l-kummet li Charlo Portelli ta lil Brandon Pisani:

Il-binja kif kienet qabel ma ġġarfet

Ara wkoll:

AĠĠORNAT (2): Mara salvata minn binja li ġġarrfet fil-Mellieħa

Il-Qraba tal-mara li nqabdet fil-binja li ġġarrfet kienu fuq l-ajruplan jistennewh jitlaq

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 31 sena li joqgħod Birżebbuġa wkoll ingħata l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ elf ewro u garanzija ta’ għaxart elef ewro wara li tressaq il-Qorti mixli li attakka, insulta, hedded…

Qorti

Raġel ta’ 26 sena mix-Xewkija li jaħdem fil-kafeterija tal-vapuri tal-Gozo Channel wieġeb mhux ħati li seraq €1,500 mill-basket ta’ mara li ħallietu warajha fuq mejda. Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni ppreżentat filmati tas-CCTV…

Eurovision

Eliana Gomez Blanco se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest 2019 li se ssir fil-Polonja fl-24 ta’ Novembru. Fit-tieni u t-tielet post ikklasifikaw Leah Cauchi u Martina Cutajar rispettivament….

Statistika

Minkejja ż-żieda fit-traffiku, ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fit-tieni kwart tas-sena bejn April u Ġunju kien hemm tnaqqis żgħir fl-inċidenti tat-traffiku u fil-korrimenti fihom. Iċ-ċifri juru li f’dawn…

Aktar