Stejjer Umani
“In-naħal ħadli kollox!” – ilu 50 sena jipproduċi l-għasel Malti

Skiet taqtgħu b’sikkina, għajr għall-ħoss tal-weraq tas-siġar tal-madwar jissielet maż-żiffa ħelwa li laqgħetna b’dirgħajha miftuħa. Tefgħa ta’ ġebla ‘l bogħod mit-terminal fiċ-Ċirkewwa, Carmel Psaila ilu 50 sena jipproduċi l-għasel Malti.

Minkejja li issa pensjonant lis-Sur Psaila ta’ kuljum għadek issibu jterraq fir-razzett kenni tiegħu. Ġenna tal-art. Hawnhekk, is-Sur Psaila għandu madwar 40 kaxxa miżgħuda sa ruħ ommhom bin-naħal. Naħal, li tant sar il-mimmi t’għajnejh li hu u jxammar il-kmiem waqt il-produzzjoni tal-għasel bilkemm jilbes maskri u lbies protettiv. In-naħal jaqbdu b’idejh, qisu mhux hu.

F’kummenti lil tvm.com.mt is-Sur Psaila qal li sabiex il-produzzjoni tal-għasel tkun kemm jista’ jkun ta’ stoffa jagħmel mezz li jbiddel l-irġejjen wara madwar sentejn. Spjega, li meta l-irġejjen jinżammu żgħar fl-età l-produzzjoni tkun ferm aħjar.

Is-Sur Psaila qalilna li n-naħal li għandu l-aktar li jaħdem fuq is-sagħtar hekk kif fit-Tramuntana ta’ Malta l-aktar li jsib hija s-sagħtra. Liema xitla, tiftaħ bejn Mejju u Ġunju.

Is-Sur Psaila żied jgħid li mingħajr in-naħal il-bniedem jispiċċa. Qal, li wieħed minn kull tliet oġġetti li nieklu jiddakkar min-naħal.

Carmel Psaila – produttur tal-għasel

"Ir-riħa tal-għasel 🍯 iġġennek! Meravilja! 😍"Carmel Psaila pensjonant u ilu 50 sena jipproduċi l-irġejjen 🐝. Qas maskra 😷 ma jilbes!Aqra aktar: https://www.tvm.com.mt/mt/news/in-nahal-hadli-kollox-ilu-50-sena-jipproduci-l-ghasel-malti/

Gepostet von Television Malta am Montag, 27. Juli 2020

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

L-internet huwa lussu li kważi kważi sirna ma ngħaddux mingħajru. Komdu mmens u jekk tużah b’mod għaqli jagħmlilna ħajjitna ferm aktar faċli. Minkejja dan, mhux kulma hemm onlajn huwa tajjeb….

Televiżjoni u Radju

Fix-xhur li ġejjin, Gordon Bonello se jkun qed jieħu r-riedni tal-programm ‘Malta’s Got Talent’ f’idejh. Wara li lbieraħ ġew żvelati l-erba’ membri tal-ġurija, fuq il-paġna ta’ Facebook tax-show ferm mistenni għadu…

Aktar