Lokali
“In-namur li għandna għall-baħar ispirana biex nagħmlu l-film The Boat” – Winston Azzopardi

“The Boat” huwa film b’direttur u kast kważi kollu Malti li kiseb tifħir kull fejn intwera. TVM ltaqa’ mad-direttur Winston Azzopardi u ibnu jinterpreta l-parti prinċipali fil-film.

Film bi storja oriġinali li żżomm lill-udjenzi fuq ix-xwiek biex tbassar x’se jiġri minn mument għall-ieħor. Il-kritiċi internazzjonali kellhom kliem ta’ tifħir għal “The Boat” li kiseb rikonoxximent għall-oriġinalità ta’ kif il-film jirrakkonta storja ta’ sajjied mitluf fuq l-ibħra.

“The Boat” għandu d-direzzjoni tal-producer tal-films, Winston Azzopardi, li għal din il-produzzjoni kkollabora ma’ ibnu Joe, li huwa l-ko-kitteb u l-attur prinċipali fil-film. Il-film huwa msaħħaħ miċ-ċinematografija ta’ Marek Traskowski u l-mużika tal-kompożitur Lachlan Anderson.

Winston Azzopardi jiddeskrivi l-film bħala vjaġġ kreattiv li jagħrbel l-istint uman ta’ sajjied li jrid isalva akkost ta’ kollox meta jsib lilu nnifsu f’ċirkostanzi diffiċli.

“In-namur li għandna għall-baħar, kemm jien u anki Joe, inħobbu nibburdjaw u dejjem għidna.. meta konna mmorru dawn it-trips Sqallija, Franza, Spanja . . . konna ngħidu issa immaġina kieku jinqala’ hekk… u dik il-biża’ li jkollu baħri, minn hemm ġiet l-idea biex nagħmlu supernatural thriller fuq il-baħar.”

Il-producer stqarr li huwa kburi mill-kast tal-produzzjoni magħmul minn Maltin li rnexxielhom jiġbdu x-xeni ewlenin tal-film fil-Mediterranean Film Studios fi tnejn u għoxrin jum.

Joe Azzopardi, l-attur li għandu 27 sena u li tħarreġ f’korsijiet tar-reċtar fir-Renju Unit, jinterpreta l-parti tas-sajjied li jiffaċċja sfidi sopranaturali minn yacht li jaħbat miegħu fl-ilmijiet meta jitlef id-dgħajsa tas-sajd tiegħu fiċ-ċpar.

Jistqarr li ma kienetx faċli li jittrasforma ruħu f’dan il-karattru li jgħaddi minn mumenti ta’ terrur waħdu abbord id-dgħajsa … u jirrakkonta l l-kundizzjonijiet klimatiċi waqt il-ġbid tal-film f’Novembru ta’ sentejn ilu kienu prekarji.

”The noises he hears, the noises lead him to believe that there is somebody on the boat doing these things to him… but the noises weren’t there on the day, those were imported post production. so the challenge was to memorize every single thing he hears and having to get those two approaches going on, that was the challenge.”

Il-film huwa produzzjoni tal-Latina Pictures, Hurricane Films u Carnaby International, u se jintwera fis-swali taċ-ċinemas Maltin mit-tielet ġimgħa ta’ Frar.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia akkuża lill-Gvern li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, u li qed itellef lil pajjiż mill-fibra morali, tant li fi kliemu sar pajjiż li fih xi ħadd…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li issa huwa ż-żmien biex ikun hemm diskussjoni serja dwar l-integrazzjoni biex kulħadd iħossu ugwali. Dr Muscat qal li dan huwa…

Kultura

Festival ta’ films kontemporanji Taljani se jkun organizzat bejn għada u l-Ħadd li ġej mill-Istitut Taljan tal-Kultura b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Programm għall-Istudji tal-Film tal-Università ta’ Malta. Cinema Italia…

Saħħa

Il-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel ippubblikat sejħa għall-proposti biex jinstab operatur għas-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta. Fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex intqal li l-ħelikopter…

Aktar