Festi
“In-nar tal-lejla niddedikawh lil kull min qed jagħti servizz lill-poplu f’dan il-mument iebes”

Ta’ kull sena, bħal-lum, it-toroq tar-Rabat ikunu mimlija sa ruħ ommhom bin-nies għall-Festa ta’ San Ġużepp. Lanqas ikun hemm fejn toqgħod labra. Illum, skiet taqtgħu b’sikkina. It-toroq Rabtin kienu baħħ.

Il-membri tal-Għaqda tan-Nar 19 ta’ Marzu tar-Rabat kellhom seba’ mitt sena biex ipaxxu l-eluf li bħal-lum, ta’ kull sena, joħonqu kull rokna tar-Rabat, bil-għan li fost l-oħrajn igawdu spettaklu ta’ nar il-ġmiel tiegħu.

Ftit qabel it-tokki tal-ewwel ta’ Marzu, f’għadd ta’ ritratti li l-istess Għaqda tellgħet fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, jidhru l-imħuħ wara l-ispettaklu li llum kellu jżewwaq dan il-jum ta’ festa tant għal qalb il-komunità Ġużeppina tar-Rabat. Fost l-oħrajn, jidhru sitta min-nies li lkoll taw qalbom. Kollha kemm huma, wiċċhom għad-dawl, lesti biex wara xhur ta’ ħidma sfieqa juru xi jsarrfu.

Hekk kif illum huwa l-1 ta' Marzu x-xahar wisq ghaziz ghalina. Illum nibdew niccelebraw il-festa tal-patrun universali…

Gepostet von Ghaqda tan-Nar 19 ta' Marzu Rabat – Malta am Samstag, 29. Februar 2020

Madanakollu, il-Covid-19 mhu jaħfirha ‘l ħadd, hekk kif sfratta wkoll programm sħiħ imħejji għal-lum. U, b’riżultat ta’ dan, caħħad ‘l-eluf ta’ Ġużeppini Rabtin milli jsellmu lill-Patrun tal-Knisja Universali.

F’dan il-mument ta’ dieqa u qsim il-qalb, f’kummenti lil tvm.com.mt, id-Direttur Maniġerjali tal-Għaqda, Glen J Micallef, irringrazzja lil kull min wera solidarjetà miegħu u mal-membri tal-Għaqda, fosthom il-Kumpless tan-Nar San Pawl tar-Rabat.

Is-Sur Micallef żied jgħid li dak il-materjal li jista’ jkun ta’ periklu minħabba li ġejjin ix-xhur sħan tas-sajf ser jinħaraq fis-sebgħa tal-lejla. Liema ħarqa, se tiġi ddedikata lill-għadd ta’ persuni li f’dawn il-jiem, fl-isfond tal-Covid-19, qed jagħtu qalbhom għall-ġid tal-poplu.

Is-Sur Micallef appella biex waqt il-ħarqa ma jinġabrux nies, hekk kif il-mument jitlob li ħadd ma joħroġ mid-dar għal xejn b’xejn.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

COVID-19

Analiżi xjentifika mill-istatistiku Dr Vincent Marmara tal-każi tal-coronavirus fil-kuntest tal-miżuri meħuda mill-awtoriajiet tas-saħħa Maltin, tagħti stampa inkoraġġanti għax ir-rata ta’ infezzjonijiet minn persuna għall-oħra tbaxxiet. Iżda, Dr Marmara wissa’ li…

Aktar