Barranin
In-natura tikkumbatti n-nirien fl-Awstralja

Xita qliel u bir-ragħad laqtet partijiet mill-kosta Awstraljana, wara xhur twal ta’ nixfa li wasslu għal nirien qawwija.

Waqt li ħafna qed jaħsbu li dawn il-maltempati huma aħbar tajba, minħabba li qed jikkumbattu n-nirien li ħakmu lill-Awstralja, jista’ jkun li kawża tagħhom jitfaċċaw perikli ġodda, fosthom dawk ta’ għargħar.

Fil-fatt, f’għadd ta’ stati differenti kellhom jingħalqu għadd ta’ toroq prinċipali, waqt li ġie rrappurtat qtugħ fil-provvista tal-elettriku.

Madanakollu l-Awtoritajiet Awstraljani xorta waħda laqgħu dawn il-maltempati hekk kif ikkonfermaw li qed jagħtu palata tajba fit-tifi tan-nirien.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi ppubblikaw id-dettalji preliminari tal-iżjed studju estensiv dwar il-coronavirus li stħarreġ iżjed minn sebgħin elf każ tal-virus. Informazzjoni miċ-ċentru Ċiniż għall-kontroll tal-mard u l-prevenzjoni, ic-CCDC sab li iżjed…

Barranin

Mal-10,000 raġel fil-Ġappun niżlu fl-ilma f’kesħa xxoqq il-għadam, f’kompetizzjoni tradizzjonali li tmur lura mal-500 sena. Fil-festival Hadaka Matsuri, l-irġiel jilbsu biss biċċa ċarruta bajda u jinġabru f’tempju biex jilqgħu r-rebbiegħa….

Barranin

Il-kantant ta’ fama mondjali, Sir Elton John, kellu jtemm ħesrem kunċert fi New Zealand, hekk kif tilef leħnu meta kien fuq il-palk. Ilbieraħ Elton John kien qed ikanta f’Auckland bħala…

Barranin

Il-maltempata mlaqqma Dennis, li hija t-tieni waħda li laqtet ir-Renju Unit f’temp ta’ ġimgħa, qed tagħmel ħerba sħiħa f’għadd ta’ postijiet, b’servizzi ta’ trasport imħassra u persuni evakwati minn djarhom….

Aktar