NGOs
In-Nature Trust megħjuna biex tgħallem liż-żgħażagħ

Il-Kunsill Malti għall-Volontarjat ser jgħin lin-Nature Trust biex twettaq programm edukattiv għaż-żgħażagħ li jsaħħaħ il-kultura favur l-iżvilupp sostenibbli u l-ambjent. Bil-ftehim ser jitfassal programm għaż-żagħżagħ dwar is-sehem tagħhom f’deċiżjonijiet li jħallu impatt pożittiv fuq ambjent.

L-għaqda ambjentali Nature Trust iffirmat ftehim mal-Kunsill Malti għall-Volontanjat biex tkompli bi programmi edukattivi tagħha dwar l-iżvilupp sostenibbli.

Id-Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Mauro Pace Parascandolo qal li l-Kunsill se jgħin finanzjarjament lin-Nature Trust ħalli tissaħħaħ il-kultura ta’ żvilupp sostenibbli. Il-President tan-Nature Trust, Vince Attard, qal li permezz ta’ din l-għajnuna ser jitfassal programm apposta biex jintlaħqu żagħżagħ li s’issa ma kellhomx opportunità jitgħallmu dwar żvilupp sostenibbli.

“Pereżempju jekk illum qed naraw li hawn problemi ta’ tibdil tal-klima, kif iż-żgħażagħ x’jistgħu jagħmlu huma biex iġibu l-bidla fil-mentalità li llum hija materjalistika, u qed nagħmlu ħafna ħsara lill-pjaneta, jistgħu jgħidu li bl-aġir tagħna nistgħu nagħmlu hekk u nedukaw lill-ħaddieħor biex inġibu l-bidla għall-aħjar,” qal Attard.

Il-ftehim ġie ffirmat fil-preżenza tas-Segretarju Parlmentari għaż-Żgħażagħ u s-settur tal-volontarjat, li spjega li l-Ministeru tal-Edukazzjoni ser jibqa’ jgħin biex tikber l-edukazzjoni ambjentali.

“Jieħdu sehem fi proġetti li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli… ser ikun jinvolvi lit-tfal tagħna sabiex inwasslu l-messaġġ kemm huwa importanti li dan l-iżvilupp ikun wieħed li jħares mhux biss lejn l-aspett ambjentanli, imma anke u wisq aktar lejn l-aspett soċjali,” qal Dr Grima.

Is-Segretarju Parlamentari Grima qal li ġiet emendata l-liġi biex żagħżagħ ta’ 16-il sena jistgħu jwaqqfu għaqda volontarja, dritt li kellhom biss żagħżagħ li kienu għalqu 18-il sena.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Malti ta’ 19-il sena li kien jinsab miżmum arrestat ġewwa l-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, ipprova jweġġa’ lilu nnifsu. Il-każ seħħ illum fis-7pm.  Intervent immedjat tal-Pulizija waqqaf din l-azzjoni u r-raġel…

Lokali

San Ġiljan sebaħ nadif pupilla wara lejl ta’ divertiment f’Jum San Patrizju. Il-ħaddiema tat-tindif xkupaw 15-il tunnellata ta’ skart f’ħames sigħat. Ma’ sbieħ it-Tnejn filgħodu, il-Pjazza ta’ Spinola u toroq tal-madwar…

Kronaka

Lejn is-snin sittin tas-seklu sbatax, il-Berġa tal-Italja kienet imżejna b’dak li jissejjaħ la scala grande, it-taraġ il-kbir. Bl-interventi strutturali li sar fil-berġa tul is-snin il-preġju tat-taraġ intilef meta fost oħrajn…

Kultura

Aktar minn 500 mudell, xogħol membri ta’ waħda mill-għaqdiet lokali tal-mudelli, qed ikunu esebiti fil-Mużew Marittimu fil-Birgu. Il-wirja se tkun miftuħa għall-aħħar ġunrata, għada, jum ta’ btala pubblika. Mijiet ta’…

Aktar