Barranin
In-Nazzjonijiet Magħquda twissi bi kriżi umanitarja fil-Libanu

Aġenziji tan-Nazzjonijiet Magħquda wissew bi kriżi umanitarja fil-Libanu wara l-isplużjoni fil-port ta’ Bejrut nhar it-Tlieta. B’kollox mat-300,000 persuna spiċċaw bla saqaf fuq rashom maqbuda fi kriżi ekonomika u l-pandemija tal-Covid-19. B’kollox mietu mal-160 ruħ u iktar minn 5,000 persuna indarbu.

Il-World Food Programme qalet li l-ħsara lill-belt sħiħa ta’ Bejrut tant hi kbira li l-provisti tal-ikel hemm possibiltà li jitwaqqfu u dan iwassal għall-żieda fil-prezzijiet tal-ikel u affarijiet essenzjali.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet ukoll li l-istruttura tas-saħħa ġarrbet ħsarat kbar bi tliet sptarijiet spiċċaw meqruda għal kollox.

Sadattant, il-President Lebaniż Michel Aoun irrifjuta talba biex issir investigazzjoni internazzjonali dwar l-isplużjoni li tertqet il-kapitali Lebaniża, wara li 3,000 tunnellata nitrat tal-ammonju splodew meta kienu f’maħżen fil-port ta’ Bejrut.

Aoun qal li l-awtoritajiet lokali se jkompli jinvestigaw dwar x’wassal għal din l-isplużjoni.

In-nitrat tal-ammonju kien ilu maħżun fil-port tal-kapitali Lebaniża għal dawn l-aħħar sitt snin, bil-gvern Lebaniż qed jiffaċċja kritika qawwija dwar id-deċiżjoni li dan jinżamm maħżun hemm għal dan iż-żmien kollu.

Aħbarijiet Oħra

Fl-Italja mas-70% tal-poplu vvota biex inaqqas id-daqs tal-Parlament tal-pajjiż b’aktar minn terz. Dan ifisser li l-għadd ta’ Membri Parlamentari jonqos minn 634 għal 400. Ma’ dan se jiċkien ukoll is-Senat.  B’kollox…

Minn tal-inqas terz mill-270 balena li telgħu max-xatt f’Tasmania mietu u hemm il-biża’ li se jmutu aktar. Bijoloġisti marittimi qed jaħdmu qatigħ u jagħmlu milli jistgħu sabiex isalvaw il-baleni. Sa…

Min-nhar il-Ħamis li ġej fl-Ingilterra, il-pubs, barijiet, ristoranti u stabbilimenti turistiċi se jkollhom jagħlqu fl-għaxra ta’ filgħaxija minħabba l-bżonn li tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid-19. Bil-liġi kull settur tal-ospitalità jrid iservi…

Fl-Indja fetaħ mill-ġdid għat-turisti t-Taj Mahal wara 6 xhur magħluq minħabba l-pandemija. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja li l-Indja hu l-agħar pajjiż milqut mill-imxija.Bħalissa fl-Indja hemm iktar minn 5 miljun persuna…

Aktar