Qasam soċjali
Fl-ewwel nofs tas-sena ntefqu €22 miljun iktar f’benefiċċji soċjali mis-sena l-oħra

In-nefqa fuq benefiċċji soċjali fl-ewwel sitt xhur tas-sena swiet lill-gvern €582.8 miljun; żieda ta’ kważi 5% fuq l-istess sitt xhur is-sena l-oħra.

Ċifri maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO, juru li n-nefqa fil-benefiċċji kontributorji; bħall-pensjonijiet, kienet ta’ kważi €22 miljun aktar. Kien hemm żieda oħra, fost oħrajn, fil-bonus kontributorju li jagħti l-Gvern lill-ħaddiema. Hawnhekk in-nefqa żdiedet bi €3 miljun.

Żieda ohra fuq l-istess sitt xhur is-sena l-ohra kienet ta’ miljun u sitt mitt elf ewro fin-nefqa għaċ-children’s allowance u għall-għotja tad-diżabilità u €900,000 iktar mis-sena ta’ qabel, għall-in-work benefit.