Lokali
In-nefqa soċjali tal-gvern żdiedet bi kważi €80 miljun fl-2020

L-ispiża tal-gvern fil-benefiċċji soċjali s-sena li għaddiet żdiedet bi kważi €80 miljun u laħħqet l-elf u sebgħa u sebgħin miljun.

L-akbar nefqa tal-gvern kienet għall-benefiċċji kontributorji, li swew lill-kaxxa ta’ Malta aktar minn €878 miljun. Erbatax-il miljun u ħames mitt elf ewro minnhom koprew benefiċċji soċjali li ngħataw minħabba l-COVID-19. Ħafna mill-ħlasijiet ta’ benefiċċji kontributorji jmorru għall-pensjonijiet.

Is-sena l-oħra, in-nefqa għall-benefiċċji mhux kontributorji bħac-childrens allowance, l-allowance għall-fostering, id-diżabilità u s-single parents u għajnuniet lil dawk bla xogħol qarrbet il-mitejn miljun ewro.