COVID-19
“In-negozjar tal-blokk Ewropew fuq it-tilqima salva eluf ta’ ħajjiet” – Id-DPM

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li x-xiri tat-tilqim għall-Covid-19 b’mod konġunt mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kien suċċess kbir.

F’kummenti li ta lill-ġurnalisti mal-wasla tiegħu għal-laqgħa tal-EPSCO fil-Lussemburgu, Fearne qal li n-negozjar bħala blokk biex iċ-ċittadini Ewropej jitwasslilhom il-vaċċin salva eluf ta’ ħajjiet, u se jkompli jsalva eluf oħra.

Qal li minbarra s-sitwazzjoni tal-Covid-19, it-temi li l-Ministri mistennija jiddiskutu fil-laqgħa tal-lum jinkludu x-xiri tal-mediċini u l-aċċess għalihom r-reżistenza ‘antimicrobial’, jiġifieri meta l-mikrobu jinbidel u l-mediċini ma jibqgħux effettivi biex jiġġildulu.

Fearne qal li jekk fuq dawn it-temi l-pajjiżi juru l-istess determinazzjoni u solidarjetà tul il-pandemija, dan jissarraf f’pass importanti għas-saħħa taċ-ċittadini.

Ara wkoll:

Iktar minn 60% tal-poplu Malti tlaqqam b’mod sħiħ għall-Covid