Ekonomija u Finanzi
In-negozji f’Malta jgħidu li ħassew l-effetti tal-aħħar kriżi politika

Minkejja li s-sena l-oħra żdied il-bejgħ u anke l-profittabbilità, is-sidien tal-ħwienet qalu fi stħarriġ taċ-Chambers of SME’s li ħassew l-effetti tal-kriżi politika li għadda minnha l-pajjiż, għax it-titjib fin-negozju ma kienx tajjeb daqs l-2018. Madankollu qalu li bil-bidla fl-amministrazzjoni, il-prospetti għal din is-sena jidhru li huma tajbin, b’wieħed minn kull erba’ negozji li ħadu sehem fl-istħarriġ qalu li ser jespandu n-negozju tagħhom.

Il-Viċi President Marcel Mizzi qal li l-istħarriġ sar f’Jannar, u fih ħadu sehem 300 negozji fi 15-il lokalità. “Għalkemm kien hemm żieda fit-turnover u żieda marġinali fil-profitt ħdejn li kienu qed jistennew in-negozjanti ma kienx il-każ, u kkomparata mat-2018 żgur ma kienx il-każ, inżommu f’moħħna li l-2018 kienet sena eċċezzjonali għan-negozju, aħna stennejna mill-bidu li ser ikun hemm naqra down turn iżda d-down turn kien aktar milli stennejna.”

L-istħarriġ juri li s-sena l-oħra, il-ħwienet li żiedu l-bejgħ kienu 41%; 10 fil-mija inqas mill-2018. 26% qalu li baqgħu l-istess u kien hemm 32% li qalu li naqsilhom il-bejgħ meta mqabbel mas-17% is-sena ta’ qabel.

F’dawk li huma profitti, naqsu b’5% għal 27% meta mqabbel mal-2018. 35% qalu li baqgħu l-istess filwaqt li n-negozji li qalu li marru ħażin żdiedu b’16% għal 38%.

Skont is-sur Mizzi, in-negozji li qalu li marru ħażin waħħlu l-aktar fil-kriżi politika li għadda minnha l-pajjiż, filwaqt li dawk li marru tajjeb attribwixxew iż-żieda fil-bejgħ ghall-introduzzjoni ta’ servizzi u prodotti ġodda.

L-istħarriġ wera li l-kriżi politika laqtet ħażin għax ħabtet ukoll mal-festi tal-Milied. Mir-riżultati joħroġ li n-negozji li kienu sodisfatti bil-livell tal-bejgż kienu 39%, 10% anqas mis-sena ta’ qabel. In-negozji li qalu li naqsilhom il-bejgħ żdiedu bi 15% għal 36%. L-istħarriġ juri wkoll li l-bejgħ fil-Black Friday naqas ukoll, minkejja li żdiedu b’20% n-negozji li pparteċipaw, filwaqt li l-bejgħ f’Jannar ma laħaqx l-aspettattiva tan-negozjanti.

Madankollu, is-sentiment tan-negozjanti Maltin m’huwiex daqstant ħażin, għax mill-istharrig ħareġ li l-bidla fit-tmexxija tal-gvern ser twassal biex din is-sena jkomplu jikbru, tant li 25% qalu li ser jespandu n-negozju tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

It-tibdil fil-klima, il-qerda tal-ambjent naturali tagħna u l-iżvilupp teknoloġiku qanqlu reazzjoni bla preċedent mill-komunità internazzjonali f’dawn l-aħħar snin. Madankollu, fadal ħafna xi jsir. Hekk kif l-industrija qiegħda tħares ’il quddiem…

Kronaka

Sirjan ta’ 33 sena ġarrab ġrieħi serji meta ntlaqat minn karozza waqt li kien qed jaqsam triq fil-Ħamrun. L-inċident seħħ ilbieraħ fis-sitta ta’ filgħaxija fi triq Joe Sciberras il-Ħamrun meta…

Kultura

Il-Karnival iferraħ lil ħafna nies, minn tfal sa kbar, b’nies bħal Ġeorge Żahra li ilu nvolut fil-Karnival għal nofs seklu. Iħossu qisu tifel meta jasal Frar u jibda r-Renju tal-bluha….

Aktar