Negozju
In-negozji Maltin mhux jagħmlu l-aħjar użu mill-fondi tal-KE – il-PN

Il-Partit Nazzjonalista qal li n-negozji Maltin mhux jagħmlu l-aħjar użu mill-fondi li huma disponibbli direttament mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista ħabbru sensiela ta’ proposti dwar kif jistgħu jintużaw aktar mill-fondi diretti, fosthom dwar kif jistgħu jsiru kampanji edukattivi u kif in-negozji jistgħu jingħataw l-għodda biex japplikaw għal dawn il-fondi. Il-Kandidat ghall-Parlament Ewropew Peter Agius qal Malta teħtieġ iżżid ir-rata ta’ suċċess f’dan il-qasam, li bħalissa hija fost l-agħar fl-UE. Żied li dawn il-fondi jiffurmaw kwart tal-baġit Ewropew li jistgħu jinkisbu direttament mill-Kummissjoni Ewropea bi proċess kompetittiv. Qal li l-Membri Parlamentari Ewropej għandhom jagħmlu pressjoni fil-kumitati tal-Unjoni Ewropea għal bidla fil-liġi ta’ finanzjament, skond il-bżonnijiet li għandhom in-negozji Maltin. Qal li waqt li pajjiżi u reġjuni d-daqs ta’ Malta rebħu bejn 10 u 15-il proġett fl-aħħar sena, Malta kisbet ħamsa biss.

Id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li waqt li għal uħud dan hu l-aqwa żmien, ma jistax jingħad l-istess għan-negozji żgħar u medji li bilkemm qed jirnexxielhom ilaħħqu. Irrefera għar-rapport tal-Bank Ċentrali li indika li s-setturi tal-manifattura u l-industrija rreġistraw tnaqqis. Qal li mhux kulħadd għandu jitpoġġa fl-istess keffa u żied li waqt li n-numru ta’ turisti żdiedu, l-infieq tagħhom ras għal ras naqas.

Id-Deputat Robert Cutajar appella lill-Gvern biex juża l-fondi kollha Ewropej disponibbli għalih, u żied li waqt li l-Gvern hu rassenjat li ma jiksibx fondi daqs kemm inkisbu fl-aħħar terminu, għandu jara kif isaħħaħ l-opportunitajiet għal niċċeċ differenti.

Aħbarijiet Oħra
Avjazzjoni

Għadd ta’ passiġġiera, fosthom iktar minn 60 tifel li huma players tal-football, baqgħu l-art hekk kif it-titjira tagħhom lejn id-Danimarka tħassret. L-istorja jidher li reġgħet irrepetiet ruħha hekk kif għat-tieni…

Annimali

Għawwiema li dalgħodu kienu f’Wied iż-Żurrieq baqgħu mbellħa meta raw sajjieda jniżżlu l-art ħuta kbira. Id-dgħajsa tas-sajd daħlet mal-moll, u erba’ rġiel niżlu minnha jġorru ħuta kbira, li dehret li…

Qorti

Charlotte Zammit, omm Liam Debono, intbagħtet sentejn ħabs wara li nstabet ħatja li serqet diversi pompi tal-petrol. Fil-Qorti llum kompla jinstema’ l-każ tas-sinjura Debono fejn instabet ħatja li serqet flus…

Aktar