Lokali
In-negozju fil-ġirja għall-Milied – il-GRTU tirrapporta tnaqqis fil-bejgħ

Għoxrin ġurnata għall-Milied u fil-kuntest tas-sitwazzjoni preżenti, il-GRTU qalet li l-inċertezza u l-instabilita’ qed joqtlu n-negozji f’Malta. Stħarriġ li l-GRTU qalet li għamlet ma’ aktar minn ħamsin settur ekonomiku madwar il-pajjiż dwar l-andament tan-negozju fl-aħħar ġimagħtejn wera li żewġ terzi ta’ dawk li ħadu sehem qalu li kellhom tnaqqis fil-bejgħ. Ħmistax fil-mija minnhom saħansitra qalu li l-bejgħ naqas bin-nofs.

Beda jirranka ġmielu x-xahar ta’ Diċembru hekk kif komplew resqin il-festi tal-Milied.

Morna sal-Belt biex naraw kif inhi l-atmosfera b’diversi negozjanti u sidien ta’ ħwienet li ltqajna magħhom jilmentaw dwar l-andament tax-xiri tal-Milied għal din is-sena.

Filwaqt li rrikonoxxew li r-ritmu tax-xiri għar-rigali jiżdied wara l-festa pubblika tat-tlettax ta’ Diċembru, huma rrimarkaw li l-protesti u l-iżviluppi politiċi xekklu l-aptit għax-xiri u tappnu mill-ispirtu ferrieħi ta’ dawn il-festi.

”Għamilna jumejn tħarbatna ma armajnix, dik hi… imma x’tagħmel hux.”

”F’daqqa waħda waqaf kollox… x’inhi ir-raġuni… ma nafx… naħseb jew in-nies qed tibża’ tidħol il-belt… għamilna tliet ijiem ma narmawx jiġifieri… u naħseb in-nies għadha naqra imgerrfxa…”

”L-ewwel ġimgħa dejjem inkunu daqxejn iżjed kwieti mis-soltu… ifhimni dejjem jirranka min-nofsu ‘l hemm imma ovvjament dawn il-protesti li kien hawn kienu daqxejn kontrina hux…”

Oħrajn qalu li ma kienx hemm xi differenzi kbar imqabbla mas-snin ta’ qabel għax normalment il-bejgħ jirrankaw fl-aħħar ġimagħtejn ta’ Diċembru.

”Għadu naqra kmieni jrid jgħaddi mqar din il-ġimgħa.”

”Ifhimni jien għalija l-istess ma tantx affettwani jien il-Belt nidħol okkażjonijiet u ma tantx affettwana.”

”Hekk nafu jiena jkun kwiet għalissa u jkun għad hemm it-tfal l-iskola kif jieqfu t-tfal mill-iskola jibdew ix-shopping in-nies.”

”Kien hemm ukoll min ma tantx jagħmel bih il-Milied…”

”Jien għandi tlieta u tmenin waħdi xi tridni nixtri… immur niekol!”

Il-GRTU fi stqarrija dwar l-andament tax-xiri fil-Black Friday ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet qalet li filwaqt li l-attività kummerċjali żdiedet, xorta ma laħqitx l-aspettativi.

Fl-osservazzjonijiet tagħha, il-GRTU qalet li rċievet kummenti pożittivi dwar il-bejgħ ta’ prodotti elettroniċi u l-white goods b’diversi negozji jirrappurtaw xejriet simili mqabbla ma’ snin imgħoddija. Mhux l-istess sentiment mis-sidien tal-ħwienet fil-Belt li rrappurtaw li kienet l-agħar Black Friday fl-istorja riċenti b’għadd ta’ konsumaturi jagħżlu li jevitaw milli jidħlu l-Belt.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Inqas minn xahar bogħod mill-Karnival, karru satiriku qajjem kontroversja. L-awtoritajiet iridu li l-karristi jbiddluh biex ma jkunx offensiv waqt li l-karristi qed jiddefendu l-idea tal-karru u jgħidu li ma ġietx…

Trasport

Minn nhar is-Sibt it-traġitti bil-passiġġieri bejn Malta u Kemmuna ser jibdew isiru minn Kooperativa Comino Ferries li fiha seba’ operaturi. Il-koperattiva kienet l-uniku operatur li għamel l-offerta wara sejħa pubblika…

Lokali

Persuni b’mard kroniku jew diżabilità qed iħossuhom diskriminati li kumpaniji tal-assikurazzjoni mhux qed iħalluhom jixtru polza ta’ assikurazzjoni fuq ħajjithom li mingħajrha ma jistgħux jieħdu self mill-bank jew possibilment jibdew…

Lokali

Il-missjoni tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, bħala organu mwaqqaf mill-Kostituzzjoni, hi li tassigura li l-ingaġġ ta’ ħaddiema maċ-ċivil ikun effiċjenti u bbażat fuq il-mertu. Il-Kummissjoni tieħu ħsieb ukoll il-proċeduri dixxiplinarji fil-konfront tal-ħaddiema…

Aktar