Għawdex
In-negozju fis-settur tat-turiżmu Għawdxi naqas b’madwar 60%

L-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu qalet li minn stħarriġ online li għamlet fost il-membri tagħha, sabet li meta mqabbel mas-sena li għaddiet in-negozju fis-settur tat-turiżmu Għawdxi naqas b’madwar 60%.

Tlett kwarti tan-negozji Għawdxin qalu li l-għajnuna finanzjarja li rċivew mill-Gvern kien ta’ għajununa tajba ħafna biex setgħu ikomplu joperaw. Ftit inqas minn 90% (87%) qalu li qegħdin jaċċettaw il-vouchers tal-Gvern u li ma kinux ikampaw minghajr l-għajnuna finanzjarja tal-Gvern.

Waqt li 80% qalu li ma keċċewx ħaddiema, kważi l-istess ammont qalu li mhux ser ikunu jistgħu ikampaw fis-sitwazzjoni ekonomika preżenti wara Diċembru ta’ din is-sena.

L-istħarriġ sar mas-sidien tar-ristoranti, lukandiera, servizzi relatati mat-turiżmu u aġenti tal-proprjetà.